Futbol internazzjonali
Francesco Totti jirriżenja minn diriġent ta’ Roma, jgħid li qatt ma’ ħallewh jaħdem

Francesco Totti illum indirizza konferenza stampa li fiha ħabbar uffiċjalment li rriżenja minn diriġent tal-Club tas-Serie A ta’ Roma. Totti qal li kien bagħat email lill-Kap Eżekuttiv tal-Club jinfurmaħ li hu kien qed jirriżenja b’mod immedjat. Hu qal li minkejja li hu rriżenja kien sfurzat jagħmel dan għaliex skond hu kien hemm ftehim u l-Club ma mxiex miegħu.
Hu qal li hu ma’ rriżenjax b’kapriċċ iżda għaliex kien hemm kuntratt fit-tul ta’ sitt snin li l-kontenut tiegħu ma’ kienx onorat mill-Club.

Totti qal li l-amministrazzjoni u s-sidien Amerikani mmexxija mill-President James Pallotta qatt ma ħallewħ jaħdem fiż-żona teknika minkejja li hu kellu dan il-ftehim.

L-eks player ta’ Roma qal li l-Amerikani bidlu ħafna affarijiet fl-amministrazzjoni u qatt ma kienu komdi biħ bħala diriġent fl-area teknika.

Meta mistoqsi dwar il-kowċ Claudio Ranieri, Totti qal li kien ċempillu f’Marzu li għadda sabiex jgħin lit-team fl-aħħar logħbiet tal-istaġun. Totti faħħar lil dan il-kowċ u żvela li Ranieri kien lest jikkowċja lit-team bla ħlas.

Mistoqsi dwar il-futur tiegħu Totti qal li lest jirritorna bħala diriġent ma’ Roma jekk jinbidlu s-sidien. Fuq Daniele de Rossi, Totti qal li hu kien dejjem saqsa lid-diriġenza sabiex jekk kellhom ħsieb li jwaqqfu lil De Rossi mill-kuntratt li kellu kellhom jgħidulu mill-ewwel u mhux fl-aħħar tal-istaġun. Dan skond Totti ma kienx ġust hekk kif il-player kien ħaqqu iktar rispett.

Fuq l-għażla tal-kowċ il-ġdid Paolo Fonseca, Totti qal li l-ewwel għażla kienet Antonio Conte u kkonferma li kien ċempel kemm il-darba u ltaqa’ miegħu diversi drabi. Min hemm jidher li kien hemm xi problemi u Conte għażel lill-Inter.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kien goal kmieni fil-logħba wara biss tliet minuti logħob ta’ Odion Ighalo li ta r-rebħa lin-Niġerja fuq it-Tunesija fil-logħba għat-tielet post fil-kompetizzjoni tat-tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Illejla intant fid-9pm tintlgħab il-finali…

Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Futbol internazzjonali

Atlético Madrid ħabbru akkwist ieħor matul dan is-suq tat-trasferimenti. Id-difensur laterali ta’ Tottenham Hotspur, Kieran Trippier, ingħaqad mat-tim Spanjol għas-somma ta’ €22 miljun. Il-plejer ta’ 28 sena telaq minn Londra…

Aktar