International Sports
Frank Fredericks jirriżenja mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali

Frank Fredericks membru tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali rriżenja mill-pożizzjoni li kien jokkupa fi ħdan il-kumitat tal-evalvazzjoni tal-pajjiżi kandidati biex jospitaw l-Olimpjadi tas-sena 2024.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed tinvestiga lil Fredericks fuq ħlas allegatamemt li rrcieva qabel id-deċiżjoni li l-belt ta’ Rio ingħatat l-organiżazzjoni tal-Olimpijadi tas-sena l-oħra.

Fredericks, ċaħad kategorikament li hu b’xi mod kien involut f’dan il-każ. Skont il-ġurnal Franċiż Le Monde, Papa Massaka Diack iben l-ex President  tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Atletika Lamin Diack, trassferixxa 280,000 ewro lill-kumpanija li mdaħħal fiha Fredericks. Papa Massaka Diack qed jiġi investigat fuq korruzjoni u ħasil ta’ flus, huwa wkoll qiegħed jicħad kull allegazzjoni kontrih.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Atletika

Aktar minn 9,500 atleta li ħadu sehem fin-nofs maratona f’Moska, ir-Russja, kellhom iżommu ma’ protokoll partikolari minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Qabel bdiet it-tellieqa kull atleta kellu t-temperatura ta’ ġismu ċċekkjata, filwaqt…

Atletika

Il-Federazzjoni tal-Atletika fir-Russja qed tistenna x’se jkun il-verdett finali li se joħroġ mill-assoċjazzjoni dinjija tal-Atletika dwar sanzjonijiet ġodda li mistennija jittieħdu kontrihom. Hemm l-għidut li r-Russi jistgħu jiġu sospiżi għal…

Aktar