Frank Testa President ġdid ta’ Sliema ASC

Sliema Aquatic Sports Club ħabbru lill-Avukat Frank Testa bħala l-President il-ġdid tal-klabb. Dan wara li s-Sur Michael Gatt, għażel li ma jikkontestax għall-kumitat fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret din il-ġimgha.

Testa li trabba fil-klabb minn Ghar id-Dud sa minn twelidu, rringrazzja lil President preċedenti għas-servizz eċċellenti li ta lill-klabb, kif ukoll lill-membri u lill-kumitat il-ġdid tal-fiduċja li wrew fih, filwaqt li tenna li flimkien mal-kumitat se jaħdem bi ħġaru biex jirritorna lill-aktar klabb li rebaħ unuri hawn Malta għas-suċċess, wara perjodu kemm xejn diffiċli.

Matul l-istess Laqgħa Ġenerali Annwali, s-Sur Michael Gatt kien maħtur bħala President Onorarju tal-klabb tal-għawm u l-water polo b’vot unanimu, bħala rikonoxximent għas-servizz li ta lill-klabb matul ħajtu.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Sport tal-Baħar

Il-11-il edizzjoni tar-Route du Rhum – Destination Guadalupe bdiet nhar il-Ħadd li għadda mill-port Franċiż ta’ Saint Malo. Din it-tellieqa hija waħda partikolari, għaliex fuq il-jott ikun hemm l-iskipper waħdu,…

Sport tal-Baħar

Rolex Middle Sea Race: Tibdil fil-klassifika ġenerali hekk kif il-jottijiet li spiċċaw it-tellieqa komplew matul il-lejl. B’47 jott li spiċċaw it-tellieqa , il-postijiet fuq il-podju f’ċerti klassijiet qed jibdew jieħdu…

Sport tal-Baħar

Fis-sigħat bikrin tar-raba ‘jum tal-Rolex Middle Sea Race, l-American Maxi Rambler ta’ George David ħa ir-raba titlu tal-Monohull Line Honours.  Sat-8.00am, 46 tim kienu għaddew minn Favignana. Rambler wasal fis-2.07am…

Sport tal-Baħar

Il-Franċiż Antoine Albeau rebaħ tellieqa oħra fit-Tazza tad-Dinja tal-Wind Surfing, fil-Fuerteventura Slalom, għall-ħames darba infila, meta f’kull tellieqa li tellaq spiċċa rebbieħ, biex issa jinsab fil-quċċata tal-klassifika flimkien mat-Taljan Matteo…

Aktar