Futbol lokali
Franklin Sasere jħalli lil Hamrun Spartans

Franklin Sasere, l-attakkant u l-iskorer prolifiku ta’ Hamrun Spartans, għamilha uffiċjali li mhux se jibqa’ jilgħab hawn Malta mill-istaġun li ġej.

F’kitba uffiċjali fuq il-profil tiegħu ta’ facebook, Sasere qal li din id-deċiżjoni ġiet kontra qalbu peress li kien plejer misluf maċ-Champions tal-futbol Malti mingħand il-klabb ta’ Lugano, fl-Iżvizzera.

Sasere qal li Hamrun Spartans hu klabb speċjali ħafna għalih u kuntent ħafna li fiż-żmien qasir li għamel mal-klabb ħalla passi importanti, legat u parti sabiħa mill-Istorja tal-klabb.

Sasere rringrazzja lill-President Joseph Portelli, lill-kowċis kollha, l-istaff u l-amministrazzjoni tal-klabb tal-qalb tajba u l-appoġġ li wrewh.

L-attakkant Niġerjan ta’ 22 sena għalaq il-kitba tiegħu billi rringrazzja lill-partitarji kollha tal-imħabba li wrewh u rreċiproka dan kollu lura.

Franklin Sasere kien strumetali matul l-istaġun li għadda biex Hamrun Spartans rebħu t-tmien titlu fl-Istorja tagħhom.

Hu skurja total ta’ 14-il gowl fi 22 partita li lagħab bil-flokk aħmar u iswed.

Miktub minn...
TVM Sport