Tazza tad-Dinja 2018
Franza b’rebħa komda fuq l-Italja f’Nizza

Logħba ta’ preparazzjoni għal-Franza qabel l-impenji taghħhom fit-Tazza tad-Dinja permezz ta’ partita ta’ ħbiberija kontra l-Italja. Franza mill-ewwel fil-vantaġġ f’dan il-konfront b’goal ta’ Samuel Umtiti wara biss 8 minuti logħob għal 1-0. Mad-29 minuta Antoine Griezmann minn penalty għamilhom 2-0 u bidu diżastruż għat-taljani f’din il-logħba li kienet qed tintlgħab f’Nizza. L-Italja jiskorjaw il-goal tat-2-1 permezz ta’ Leonardo Bonucci fis-36minuta. Franza issiġillaw ir-rebħa f’din il-friendly ta’ lussu b’goal ta’ Ousmane Dembele fit-63minuta għal skor finali Franza 3 – Italja 1.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar