Tazza tad-Dinja 2018
Franza: Ritorn Trijonfali
It-team champion tad-dinja onorat bl-ogħa dekorazzjoni tar-Repubblika Franċiża

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football.

Soccer Football – World Cup – France Victory Parade on the Champs Elysees – Paris, France – July 16, 2018 France team bus and fans during the parade REUTERS/Jean-Paul Pelissier

Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u l-bqija tal-iskwadra ngħatat fil-vjal tax-Champs Elysees bix-xarabank miftuħa fi triqitha għal festin mal-President Emmanuel Macron fil-Palazz Elysee. Saret anke flypast mill-iskwadra aerobatika tal-qawwa tal-ajru Franċiża.

L-iskwadra champion tad-dinja se tiġi onorata bl-ogħla dekorazzjoni tar-Repubblika Franċiża, il-Legion d’Honneur.

Franza l-Ħadd għelbu lill-Kroazja 4-2 fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 2018 f’Moska.

Miktub minn...
TVM Sport
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar