Futbol internazzjonali
Frappart: Nittama li avveniment bħal dan jispira aktar nisa sabiex jidħlu referis

“Nittama li avveniment bħal dan iservi sabiex aktar nisa jitħajru jsiru referis.” Dawn kienu l-aħħar kelmiet li tat ir-referi Franċiża Stephanie Frappart li llejla ser tidħol fl-istorja meta ser tirrefja l-finali tal-UEFA Super Cup bejn Liverpool u Chelsea. Fil-fatt hi se tkun l-ewwel uffiċjal femminili li se tikkontrolla partita futbol maskili fuq livell internazzjonali. Hi kienet qed tagħti dawn il-kummenti lis-sit uffiċjali tal-UEFA.

Frappart, li għandha 35 sena, ilha referi sa mis-sena 2011 meta bdiet tikkontrolla logħbiet mill-kampjonat tat-tielet diviżjoni Franċiża. Ftit ftit bdiet tiela’ skaluna wara l-oħra tant li fit-28 t’April li għadda wettqet waħda mill-ewwel ħolmiet tagħha, dik li tirrefja logħba mill-ogħla diviżjoni Franċiża, dik bejn SC Amiens u RC Strasbourg. Issa waslet ħolma aktar u Frappart ma tistax taħbi l-emozzjonijiet tagħha.

“Ilna nipprepara bis-sħiħ għal dan l-avveniment uniku f’ħajti kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Iltqajt mal-assistent referis li ser ikunu qed jgħinuni u lesta nagħti l-mija fil-mija kif dejjem għamilt.”

Anke ż-żewġ kowċis rispettivi Jurgen Klopp ta’ Liverpool u Frank Lampart ta’ Chelsea taw il-kummenti tagħhom għal dan l-avveniment xi ftit uniku fl-istorja tal-futbol Ewropew. Bħas-soltu Klopp ma qagħadx lura milli jgħaddi dik il-botta fina tiegħu u qal li llejla se joqgħod aktar bil-għaqal mis-soltu u joqgħod lura milli jgħaddi xi kumment żejjed. Min-naħa tiegħu Lampard sostna li jinsab onorat li hu parti minn dan l-avveniment storiku.

Din il-partita se tintlagħab f’Istanbul fit-Turkija u tlaqqa’ kontra xulxin ir-rebbieħa tal-UEFA Champions League u dawk tal-UEFA Europa League.

Il-logħba tibda fi 9pm u tixxandar diretta fuq TVM 2.

 

Miktub minn...
robertbusuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex kowċ nazzjonali tan-Niġerja, Samson Siasia, ġie sospiż għal għomru mil-logħba tal-futbol wara li nstab ħati ta’ match-fixing. Fi stqarrija, il-FIFA qalet li Siasia nstab ħati mill-Kumitat tal-Etikà, li aċċetta…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona, Philippe Coutinho, mistenni jiċċaqlaq u jmur sena b’self fil-Ġermanja ma’ Bayern Munich. Din l-aħbar ikkonfermawha ċ-champions Spanjoli stess. Ilbieraħ Coutinho vjaġġa mal-iskwadra f’Bilbao għall-ewwel partita tal-kampjonat li…

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Barcelona Ernesto Valverde naqas milli jsejjaħ lill-plejer Ċilen Arturo Vidal għall-ewwel partita tal-kampjonat Spanjol li l-Katalani se jilagħbu kontra Athletic Bilbao. Dan jista’ jfisser li Vidal jinsab żgur…

Futbol internazzjonali

L-Akkwist il-ġdid ta’ Real Madrid Eden Hazard se jkollu jibqa’ barra mil-logħba inawgurali ta’ għada kontra Celta Vigo fil-La Liga Spanjola wara li weġġa’ t-tendon waqt is-sessjoni ta’ taħriġ ta’…

Aktar