Ċikliżmu
Frei u Stigger ikomplu jiddominaw f’Cape Epic, Seewald u Stosek jersqu viċin l-ewwel post

Andreas Seewald u Martin Stosek rebħu t-tielet stadju ta’ Cape Epic. Il-koppja għadhom fit-tieni post tal-klassifika ġenerali, imma issa naqqsu d-distakk minn ma’ Matt Beers u Jordan Sarrou għal minuta u 43 sekonda.

Fil-kategorija tan-nisa jibqa’ għaddej id-dominju ta’ Sina Frei u Laura Stigger wara li rebħu anke t-tielet stadju. Huma temmew kważi 4 minuti quddiem Robyn de Groot u Ariane Lüthi. B’hekk issa fetħu distakk ta’ 11-il minuta fil-quċċata tal-klassifika.

Ir-raba’ stadju ser isir illum minn Saronsberg sal-wied ta’ Slanghoek fuq distanza ta’ 73 kilometru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA