Olimpijadi TOKYO 2020
F’Tokjo jitneħħew iċ-ċrieki tal-Monument Olimpiku

F’Tokjo, jitneħħew iċ-ċrieki li kienu jiffurmaw l-Monument Olimpiku għall-manutenzjoni. Dan il-monument jinsab f’Tokyo Bay u sar apposta għaliex matul dan is-sajf din il-belt Ċiniża suppost kienet qiegħda tospita l-Olimpjadi. Filwaqt li l-logħob Olimpiku tmexxa għas-sajf tas-sena li ġejja, iċ-ċrieki li jiffurmaw parti minn dan il-monument kellhom bżonn xi manutenzjoni u mhux ser jerġgħu jkunu f’posthom qabel Diċembru ta’ din is-sena.

Dan il-Monument Olimpiku sar seba’ xhur ilu, f’Jannar, u jinsab f’għoli ta’ 50 pied u wiesgħa 107 piedi. S’issa għadu xejn mhu ċert dwar l-Olimpjadi tas-sena d-dieħla, għax jekk kemm-il darba s’sitwazzjoni ma tmurx għall-aħjar madwar id-dinja kollha b’relazzjoni mal-pandemija tal-Covid-19, allura ma tkunx sorpriża li l-Olimpjadi jiġu kkanċellati għalkollox.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Olimpijadi ta’ Tokjo: Il-Pulizija ta’ Tokjo arrestat raġel li ilha tiġri warajh kważi sena u se tressqu l-Qorti talli dan xtara u beda jbiegħ midalji foloz tal-Olimpijadi ta’ Tokjo u…

Il-Qatar illum għamluha uffiċjali li jinsabu interessati li jospitaw l-edizzjoni tal-Olimpjadi tal-2032. Il-Qatar se jospitaw l-edizzjoni li jmiss 2022 tat-Tazza tad-Dinja. Il-Kumitat Olimpiku tal-Istat Għarbi qal li tefa’ r-rikjesta mal-Kumitat…

Il-Kumitat Olimpiku tal-Brażil iddeċida li minħabba s-sitwazzjoni xejn feliċi fil-pajjiż minħabba l-COVID-19 se jkunu qed jitolbu lill-ammont ta’ atleti Brażiljani sabiex dawn imorru l-Portugal biex ikomplu t-taħriġ tagħhom għall-Olimpijadi tas-sena…

Aktar