Futbol internazzjonali
Fulham jakkwistaw lil Harry Wilson u Paulo Gazzaniga

Fulham akkwistaw lill-attakkant ta’ Liverpool Harry Wilson u lill-gowlkiper ta’ Tottenham, Paulo Gazzaniga.

Il-plejer nazzjonali ta’ Wales li għandu 24 sena, jingħaqad fil-kampjonat Championship bi transfer li stmat li sewa mat-12-il miljun sterlina.

Wilson iffirma kuntratt sal-2026.

Il-gowlkiper mill-Arġentina, Gazzaniga, ta’ 29 sena, iffirma sentejn kuntratt ma’ Fulham.

Hu kien ingħaqad ma’ Tottenham lira fl-2017 mingħand Southampton.

Miktub minn...
TVM Sport