Futbol internazzjonali
Fulham jirritornaw fil-Premier League wara li rebħu lil Brentford

Fulham irritornaw għall-Premier League wara li rebħu lil Brentford 2-1 f’Wembley Stadium. Joe Bryan kien l-eroj għal Fulham meta skorja darbtejn fil-ħin barrani. Sad-90 minuta l-iskor kien għadu 0-0 u anke l-ewwel taqsima tal-ħin barrani dehret ser tispiċċa l-istess, imma l-ġmiel ta’ freekick ta’ Bryan spiċċa fix-xibka u poġġa lil Fulham minn fuq 1-0.

Bryan kważi għalaq il-logħba mal-117-il minuta meta skorja t-tieni wieħed għal Fulham, imma Brentford naqqsu d-distakk mat-tielet minuta fuq il-ħin regolamentari tal-ħin barrani permezz ta’ Dalsgaard, gowl li iżda wasal tard wisq biex setgħu jippruvaw iġibu d-draw sabiex jisfurzaw il-penalties.

Fi tmiem il-logħba, eluf ta’ partitarji ħarġu jiċċelebraw kemm qrib Wembley Stadium u anke qrib Craven Cottage, biex Fulham għamlu biss staġun wieħed fiċ-Championship. Il-logħba tal-bieraħ mhux biss swiethom il-promozzjoni imma permezz tagħha l-klabb daħħal £170 miljun permezz tad-drittijiet televiżi u r-rigal finanzjarju li kien hemm abbinat ma’ promozzjoni fil-Premier League.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Wolves 1   Manchester City 3 Rebħa għal Manchester City fil-Molineux Stadium meta marru għand Wolves u rebħulhom 3-1. Is-City fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’De Bruyne jiskorja…

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Aktar