Futbol lokali
“Fuq il-karta ċ-ċansijiet tagħna huma baxxi imma se nilagħbuhom sal-aħħar,” – Stefano Sanderra

Wara l-passaġġ fl-ewwel round b’rebħa ta’ 2-0 għand Vaduz ta’ Liechtenstein, Hibernians għada filgħaxija jospitaw lil Fehervar tal-Ungerija fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League.

L-avversarji tagħhom ċertament mhumiex ġodda fix-sena Ewropeja għalkemm bl-ismijiet li kellu qabel il-club: Videoton, u aktar riċenti Vidi.

Fir-round ta’ qabel tal-Europa League dan l-istaġun, Fehérvár eliminaw lil Bohemians tal-Irlanda bil-penalties.

Is-sena li għaddiet spiċċaw runners-up fil-kampjonat domestiku: u fl-istaġun il-ġdid jinsabu fl-ewwel post bi 8 punti minn erba’ logħbiet. Il-coach ta’ Hibernians Stefano Sanderra jaf bis-saħħa tal-Ungeriżi:

“Il-livell hu għoli ħafna. Kellna team mill-ogħla diviżjoni fl-Iżvizzera, issa team ieħor importanti b’kampjonat mibdi u bi players ma’ diversi timijiet nazzjonali. Fuq il-karta ċ-ċansijiet tagħna huma baxxi… imma se nilagħbuhom sal-aħħar,” qal Sanderra.

Fehervar lanqas m’huma ġodda għal Malta: f’Lulju 2017 kienu qalgħu lil Balzan b’aggregate ta’ 5-3 fl-1 Round tal-Europa League. Din il-fażi tal-kompetizzjoni qed tintlagħab fuq leg wieħed: li jfisser li min jirbaħ il-Ħamis jgħaddi għat-tielet round fejn jilgħab f’daru ma’ Servette tal-Iżvizzera jew Reims ta’ Franza. Tkun kwalifikazzjoni storika għal Hibernians: li qed jittamaw fl-element tas-sorpriża.

“Irridu nibqgħu aħna nfusna u nilagħbu l-logħba tagħna minkejja l-qawwa tal-avversarji. Nippruvaw nagħmlu miraklu ieħor,” qal Sanderra.

Hibernians – Fehervar se tintwera diretta fuq TVM2: kick-off il-Ħamis filgħaxija fis-7.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

UEFA Europa League: Rd 2 ta’ Kwalifikazzjoni Hibernians…0 Fehérvár…….1 Goal waħdani mas-siegħa logħob ra lil Hibernians eliminati fit-2 Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League minn Fehérvár tal-Ungerija. L-ewwel taqsima rat lill-Ungeriżi fil-parti…

L-MFA illum sejħet lill-media sabiex tagħti l-aħħar dettalji tal-preparazzjonijiet li qed issiru qabel il-bidu tal-kampjonat BOV Premier 2020/21 u r-regolamenti straordinarji li kellhom jidaħħlu f’din in-normalita’ ġdida. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA…

Fin-National Football Stadium ta’ Windsor Park f’Belfast, iċ-champions lokali Floriana llejla jeħduha kontra ċ-champions tal-Irlanda ta’ Fuq Linfield għal post fit-3 Round ta’ Kwalfikazzjoni tal-UEFA Europa League. Floriana sabu ruħhom…

L-Erbgħa filgħaxija saret edizzjoni oħra tal-MFPA Awards li iżda din is-sena kellha ssir b’mod virtwali kawża tal-pandemija tal-Covid-19. Żgur illi l-aħbar prinċipali hi dwar id-difensur Steve Borg li għal sentejn…

Aktar