Fury jirbaħ 25 minn 25, Klitschko jitlob rematch

Boxing internazzjonali: Il-Boxer brittaniku Tyson Fury li kien meqjuż bħala l-underdog għal ġlieda tant mistennija kontra l-Ukren Wladimir Klitschko, irnexxielu jirbaħ u ta risposta lil kulħadd. Fury is-Sibt filgħaxija rebaħ bil-punti kontra Klitschko li illum jgħodd 39 sena. L-Ukren kien ilu ma jitlef 11 -il sena u diġa talab re-match.

Tyson Fury b’din ir-rebħa imposessa ruħu minn erba’ titli awtomatikament li kien iżomm l-avversarju tiegħu Klitchko.

Fury b’din i-rebħa estenda r-rekord impressjonanti tiegħu ta’ 25 rebħa minn daqstant bouts u issa għandu t-titli u ċ-ċintorini fil-jkategorija tiegħu tal-WBA, WBO, IBF u IBO.

Miktub minn...
TVM Sport
.