Futbol lokali
Futbol f’Għawdex: Rebħa għal Għajnsielem u Kerċem Ajax

Fi tmiem il-ġimgħa f’Għawdex saru żewġ logħbiet oħra mill-ħdax-il ġurnata fejn Xewkija Tigers ġarbu t-tieni telfa konsekuttiva fil-kampjonat kontra Għajnsielem bi skor ta’ 2-0 u kkomprometew il-possibilità li jibqgħu jisfidaw mat-timijiet ta’ quddiem għar-rebħ tal-kampjonat.
Għajnsielem dehru ferm aktar organizzati fil-logħob tagħhom u fetħu l-iskor fl-14-il minuta permezz ta’ konklużjoni mill-viċin ta’ Ali Oularbi wara azzjoni ta’ korner. Xewkija kienu konfużi fir-reazjoni tagħhom u erratiċi fil-konklużjonijiet. Għajnsielem prattikament aċċertaw mir-rebħa bit-tieni gowl li wasal fl-64 minuta minn Luis Andre De Melo Lima wara azzjoni xi ftit twila quddiem il-lasti ta’ Xewkija.

Fit-tieni partita, Kerċem dawru telfa f’rebħa u għelbu lil Għarb Rangers bi skor ta’ 5-4. Għarb dehru resqin lejn rebħa faċli matul l-ewwel nofs siegħa tal-partita. Huma fetħu l-iskor fit-tmien minuta b’gowl ta’ Marcelo Barbosa. Għarb irdupjaw b’gowl ieħor ta’ Marcelo Barbosa li wasal fl-24 minuta u żiedu l-vantaġġ b’gowl ta’ Michael Bezzina fit-33 minuta. Kerċem irkupraw minn fażi diffiċli u kisbu d-draw b’gowls li waslu permezz ta’ Andrew Mizzi fit-38 minuta, penalty tad-debutant Daniel Chayes Flores fil-41 minuta u Nathaniel Mercieca fl-ewwel minuta tal-ħin miżjud qabel intemmet l-ewwel taqsima. Marcelo Barbosa skurja r-raba’ gowl fit-tielet minuta logħob tat-tieni taqsima b’konklużjoni ta’ Borja Polo Longarela. Kerċem ma kienux demoralizati u l-ewwel kisbu d-draw b’gowl ta’ Andrew Mizzi fis-57 minuta u sitt minuti wara dawwru r-riżultat favur tagħhom b’gowl ta’ Alen Haska wara azzjoni personali.

Klassifika GFA BOV Gozo Football League – L-ewwel diviżjoni
Lagħbu Punti
Victoria Hotspurs                     10 28
Nadur Youngsters                    10 24
Xewkija Tigers                           11 21
Kerċem Ajax                               11 16
Għarb Rangers                          11 11
Għajnsielem FC                        11 10
Oratory Youths                         10 6
SK Victoria Wanderers           10 4

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Goal ieħor illum għall-Player internazzjonali Malti Jean Paul Farrugia li skorja ma’ Chiasso fil-kampjoant Svizzeru fit-telfa tat-team tiegħu 4-1 kontra Aarau. Chiasso jilgħabu fit-tieni Diviżjoni tal-kampjonat fl-Iżvizzera u bħalissa jinsabu…

Futbol lokali

FA TROPHY 2017/18 – KWARTI TAL-FINALI Hibernians…..0 Sliema W……..0 (Sliema jirbħu bi skor ta’ 4-1 wara l-għoti tal-penalties) Ref : Matthew Degabriele. Dawn iż-żewġ timijiet tal- premier waslu sa din…

Futbol lokali

FA TROPHY 2017/18 – KWARTI TAL-FINALI Lija Athletic…..1 Balzan………….3 Balzan kellhom id-dmir illi jkomplu l-mixja tagħhom f’din it-Tazza meta kienu ser jiltaqgħu kontra t-tim li kien jinsab fil-qiegħ tal-klassifika tal-kampjonat…

Futbol lokali

FA TROPHY 2017/18 – KWARTI TAL-FINALI VALLETTA ………………………… 2 ZEJTUN C. ………………………… 0 Valletta kif kien mistenni kisbu post fis-semifinali tal-FA Trophy b’rebħa ta’ 2-0 fuq Zejtun. Mingħajr ma taw…

Aktar