Futbol lokali
Futbol f’Għawdex: St Lawrence Spurs jirbħu n-Knock Out tat-Tieni Diviżjoni

St Lawrence Spurs…..1

Sannat Lions………….0

St Lawrence Spurs kisbu rebħa minima fil-finali tal-kompetizzjoni Knock Out tat-Tieni Diviżjoni kontra Sannat Lions biex rebħu dan l-unur wara nuqqas ta’ aktar minn għoxrin sena.

B’dan ir-riżultat St Lawrence baqgħu mhux megħluba fil-logħbiet kontra Sannat dan l-istaġun u pattew ukoll għad-diżappunt li kellhom fil-kampjonat billi tilfu l-possibilità li jisfidaw għal promozzjoni mal-istess Sannat u Xagħra United.

St Lawrence skurjaw il-gowl li ddeċieda dan il-konfront fil-21 minuta permezz ta’ konklużjoni fil-baxx ta’ Adrian Xiberras wara li kien irċieva mingħand Charlon Farrugia.

Fi tmiem il-partita saret l-preżentazzjoni ta’ medalji u trofej mill-President tal-Gozo Football Association Dr Samuel Azzopardi, flimkien ma’ uffiċjali oħra tal-assoċjazzjoni, lill-plejers u diriġenti ta’ St Lawrence Spurs fost iċ-ċelebrazjonijiet tal-partitarji.

Ir-referee tal-partita kien Paul Toledo.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Dawk li mistennija jivvutaw fil-Kunsill tal-MFA ser isibu quddiemhom tliet mistoqsijiet li ser jiddeċiedu x’ser jiġri mill-kampjonati domestiċi mhux biss f’Malta imma anke f’Għawdex. Il-mistoqsijiet jirreletaw mar-relegazzjoni, rebħ ta’ kampjonat,…

Futbol lokali

Il-Malta Football Referees Association mistennija tastjeni mill-vot li ser jittieħed waranofsinhar fil-Kunsill tal-MFA sabiex ikun deċiż jekk dan l-istaġun jiġix iddikjarat null inkella jekk jingħatawx il-verdetti finali. F’korrispondenza li ċċirkolat…

Futbol lokali

Ftit sigħat qabel mhu ser jittieħed il-vot fil-Kunsill tal-MFA, il-karozza tas-Segretarju Ġenerali ta’ Floriana FC Dione Borg spiċċat fi fjamma nar. Il-pulizija ndunaw bil-karozza taqbad waqt ronda li kienu qed…

Futbol lokali

Sa għada massimu sal-5.30pm nkunu nafu l-eżodu finali tal-Kunsill tal-MFA li se jiddeċidi permezz ta’ votazzjoni diversi deċiżjonijiet fosthom jekk Floriana hux se jkunu dikjarati Champions jew le ta’ dan…

Aktar