Futbol lokali
Futbol f’Għawdex: Victoria Hotspurs viċin it-titlu

Futbol f’Għawdex: GFA BOV Gozo Football League tal-Ewwel Dviżjoni, partiti li ntlagħbu fil-Gozo Stadium.

Victoria Hotspurs jinsabu ferm viċin li jsiru matematikament champions tal-futbol Għawdxi wara li fi tmiem il-ġimgħa huma irreġistraw il-ħmistax-il rebħa tal-istaġun kontra Kerċem Ajax bi skor ta’ 5-0 biex kabru l-vantaġġ f’ras il-klassifika bi 12-il punt. Il-Hotspurs iserħu rashom mit-tlett punti b’żewġ gowls skurjati fl-ewwel taqsima minn Christian Mercieca fis-7 minuta u l-45 minuta. Fit-tieni taqsima il-Hotspurs aċċertaw mir-rebħa bi tlett gowls oħra li waslu minn Elton Da Silva fis-56 minuta, Emiliano Lattes fil-81 minuta u Galder Domoh Lombas fis-86 minuta.
Referee tal-partita kien Alan Mario Sant.

Nadur Youngsters salvaw punt fl-aħħar tal-logħba kontra Għarb Rangers għal skor finali ta’ 3-3. Għarb fetħu l-iskor fit-22 minuta permezz ta’ Josef Portelli u Nadur kisbu l-gowl ta’ draw tlett minuti wara minn Stanimir Miloskovic. Għarb reġgħu ħadu kmand tal-logħob u skurjaw żewġ gowls oħra qabel il-mistrieħ permezz ta’ Marcelo Barbosa u Ardit Shkjan. Nadur salvaw ir-riżultat b’żewġ gowls lejn it-tmiem permezz ta’ Dewide Dos Santos fl-84 minuta u Stefan Cassar fis-86 minuta.
Referee tal-partita kien Sandro Spiteri.

Oratory Youths dawwru telfa f’rebħa ta’ 5-2 kontra Xewkija Tigers li fetħu l-iskor fit-12-il minuta permezz ta’ konklużjoni mill-viċin ta’ Omar Xuereb. Oratory kisbu l-gowl ta’ draw fil-ħamsa u erbgħin minuta permezz ta’ Gibson Botshelo Mfulwane iżda Xewkija reġgħu marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Daniel Bogdanovic li ssoprenda lid-difiża diretament minn korner. Oratory wettqu reazjoni fl-aħħar fażi tal-partita u dawwru r-riżultat b’żewġ gowls minn Ralph Ebube Okpokwu fil-wieħed u sebgħin minuta u fil-ħamsa u sebgħin minuta. Oratory aċertaw minn din ir-rebħa b’żewġ gowls li waslu lejn tmiem il-partita minn Charles Mercieca fis-sitta u tmenin minuta u gowl ieħor minn Ralph Ebube Okpokwu fid-disgħin minuta.
Referee tal-partita kien Darryl Agius.

Għajnsielem kisbu rebħa ta’ 3-2 fil-logħba kontra SK Victoria Wanderers. Għajnsielem fetħu l-iskor fit-42 minuta permezz ta’ Marco Antonio Morgon Filho, iżda il-Wanderers ħarġu determinati fit-tieni taqsima u dawwru r-riżultat b’gowls minn Ian Xuereb fis-46 minuta u Ryan Grech fl-45 minuta. Għajnsielem irkupraw mill-mument diffiċli u kisbu r-rebħa b’żewġ gowls skurjati fi spazju ta’ żewġ minuti minn Marco Antonio Morgon Filho fil-ħamsa u sebgħin minuta u Alberto Xuereb fis-77 minuta.
Referee tal-partita kien Ryan Caruana.

Il-klassifika tal-kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni meta kull tim lagħab sittax-il partita, Victoria Hotspurs baqgħu fl-ewwel post b’sitta u erbgħin punt, Nadur Youngsters erbgħa u tletin, Xewkija Tigers tmienja u għoxrin, Kerċem Ajax għoxrin, Għajnsielem tmintax, Għarb Rangers ħmistax, SK Victoria Wanderers ħdax u fl-aħħar post Oratory Youths b’għaxar punti.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-team tan-nisa ta’ Birkirkara żamm it-titlu li rebaħ is-sena l-oħra meta fil-konfront deċiżiv għall-kampjonat għeleb lill-isfidanti Hibernians 4-1. Birkirkara daħlu għall-aħħar logħba tal-istaġun punt vantaġġ fuq Hibernians u draw għalihom…

Futbol lokali

It-team tan-nisa ta’ Birkirkara żamm it-titlu li rebaħ is-sena l-oħra meta fil-konfront deċiżiv għall-kampjonat għeleb lill-isfidanti Hibernians 4-1. Birkirkara daħlu għall-aħħar logħba tal-istaġun punt vantaġġ fuq Hibernians u draw għalihom…

Futbol lokali

Il-coach tat-team nazzjonali Malti tal-football Tom Saintfiet tneħħa mill-kariga b’effett immedjat. Id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata llejla mill-Malta Football Association fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha.   It-tkeċċija ta’ Saintfiet issegwi rapporti…

Aktar