Futbol internazzjonali
Futbol: Fil-Honduras tlieta jmutu f’inċidenti qabel ‘derby’ jaħraq

Il-Logħba derby bejn Olimpia u Motagua fil-kampjonat Nazzjonali tal-Honduras kienet fatali għal tliet partitarji li tilfu ħajjithom meta nqalgħu diversi inċidenti qabel il-logħba bejn iż-żewġ settijiet ta’ partitarji.

Il-ġlied beda saħansitra mal-wasla taż-żewġ teams permezz tax-xarabanks rispettivi fejn il-partitarji avversarji bdew jitfgħu l-ġebel fil-konfront tagħhom.

Il-logħba spiċċat biex tħassret hekk kif fl-istadium kien hemm konfużjoni u paniku sħiħ hekk kif il-pulizija kellhom jużaw ammont kbir ta’ gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Il-Pulizija tal-Honduras dalgħodu kkonfermat li apparti tliet persuni li tilfu ħajjithom hemm diversi persuni oħra rikoverati l-isptar bi ġrieħi ta’ armi tan-nar u daqqiet ta’ armi bil-ponta.

Fost il-players li weġġgħu li kienu fi triqitjom lejn l-istadium kien hemm il-player ex Celtic Emilio Izaguirre illum jilgħab ma’ Motagua.

Emilio Izaguirre and Motagua team bus

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Coppa Italia – Round tas-16 Parma 0   Roma 2 Doppjetta ta’ Pellegrini fit-tieni taqsima għenet lil Roma sabiex jgħaddu għall-kwartifinali tal-Coppa Italia meta għelbu lil Parma bl-iskor ta’ 2-0. Pellegrini…

Futbol internazzjonali

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser terġa’ ssir f’Jannar u Frar fl-edizzjoni li jmiss tal-2021. Dan tħabbar mill-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kamerun li permezz ta’ Twitter ħabbru li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser issir bejn…

Futbol internazzjonali

FA Cup – It-3 Round (Replays) Carlisle UTD 3   Cardiff City 4 Kien il-gowl farradi minn sebgħa li permezz tiegħu Cardiff City għamluha għar-raba’ round tal-FA Cup meta fir-replay tal-logħba…

Futbol internazzjonali

Coppa Italia – Round tas-16 Fiorentina 2   Atalanta 1 Gowl sitt minuti mit-tmiem għen lil Fiorentina jgħaddu għall-kwartifinali meta għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 2-1. Cutrone fetaħ l-iskor għall-Viola fil-11-il…

Aktar