Futbol internazzjonali
Futbol fit-tajn fil-Belarus

Is-Sibt li għadda, diversi persuni ħadu sehem fil-Futbol fit-Tajn fil-villaġġ ta’ Dombrovka fil-Belarus. Din l-attività kienet tifforma parti mill-Festival tal-Baħar li jkun organizzat ta’ kull sena. Il-grawnd kien fih id-daqs ta’ wieħed tal-futsal u kien mifqugħ bl-ilma u mimli tajn, li għamilha aktar diffiċli għall-plejers li jwasslu l-ballun min-naħa għall-oħra.

Il-plejers li ħadu sehem f’dawn il-logħob mhumiex professjonali, u deher ċar li aktar kienu qed jieħdu gost li jilagħbu fis-sitwazzjonijiet li kellhom quddiemhom milli biex verament jirbħu l-logħba.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Polonja u r-Russja ngħaqdu mal-Belġju u l-Italja għall-edizzjoni tal-UEFA Euro 2020. Dan wara li fil-logħbiet tal-Ħadd filgħaxija huma ħarġu rebbieħa u qatgħu passaġġ għall-Kampjonati Ewropej 2020. Ir-riżultati kollha tal-Ħadd filgħaxija…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ intlagħbu diversi partiti minn madwar l-Ewropa mill-gruppi rispettivi tal-UEFA. Minn Grupp J, rebħa oħra konvinċenti għall-Italja kontra l-Greċja bi skor ta’ 2-0, li issa għaluhom seba’ rebħiet minn seba’…

Futbol internazzjonali

Malta….0 Żvezja…4   Tlettax minn tlettax għall-Iżvediżi kontra l-Maltin, wara li fl-Istadium Nazzjonali s-Sibt filgħaxija, Malta tilfet bl-iskor ta’ 4-0 kontra l-Iżvezja. Tlettax-il konfront li fihom l-Iżvediżi dejjem ħarġu rebbieħa…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona u tal-Arġentina Lionel Messi attenda fiċ-Cirque du Soleil għal spettaklu dwar ħajtu bl-isem ta’ “Messi 10”. Dan l-ispettaklu kien dwar l-istorja ta’ ħajjet l-istilla Arġentina, minn meta…

Aktar