Futbol lokali
Futbol Għawdxi: Xewkija jibqgħu fl-ewwel post

Xewkija Tigers kisbu rebħa ta’ 3-0 kontra Kerċem Ajax biex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika u baqgħu mhux megħluba fil-kampjonat. Xewkija fetħu l-iskor fir-4 minuta ta’ ħin miżjud qabel intemmet l-ewwel taqsima minn penalty ta’ Jose Carlos Nogueira Junior. Fil-61 minuta Xewkija rduppjaw b’gowl ieħor ta’ Jose Carlos Nogueira Junior li xeħet f’lasti vojta. Xewkija skurjaw it-tielet gowl fid-79 minuta permezz ta’ konklużjoni bir-ras ta’ Claudio Antunes.
Referee: Etienne Mangion

Għajnsielem irkupraw mit-telfa li sofrew ġimgħa ilu u kisbu tliet punti b’rebħa ta’ 1-0 kontra SK Victoria Wanderers. Għajnsielem skurjaw il-gowl li ddeċieda din il-partita fit-tlieta u sebgħin minuta b’konklużjoni bir-ras ta’ Alberto Xuereb wara kross mill-lemin tal-plejer kowċ Daniel Bogdanovic.
Referee: Mario Apap

Il-logħob mir-raba ġurnata tal-kampjonat Għawdxi jintemm nhar il-Ħadd b’żewġ logħbiet li jsiru fil-Gozo Stadium fejn tispikka l-logħba bejn Nadur Youngsters u Victoria Hotspurs li tibda fl-erbgħa.

KLASSIFIKA – GOZO FOOTBALL LEAGUE – L-EWWEL DIVIŻJONI
Lagħbu Punti
Xewkija Tigers FC …………….10
Nadur Youngsters FC  ……….9
Għajnsielem FC ………………..9
Victoria Hotspurs FC …………7
Kerċem Ajax FC ………………..3
SK Victoria Wanderers ………3
Għarb Rangers FC …………….0
Xagħra United FC ……………0

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena llum telaq lejn l-Italja għall-partiti mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew ta’ din il-kategorija. Il-kowċ nazzjonali Winston Muscat għażel skwadra ta’ 20…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Floriana………..2 Hibernians…….2 Floriana jtemmu f’parita’ ta’ 2-2 kontra l-Hibernians, biex jibqgħu l-unika tim bla telfa fil-kampjonat wara 10 partiti. Partita’ li kien kumbattuta u bbilanċjata ferm,…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gżira Utd……0 Sirens………..1 Tkompli għaddejja l-wirja pozittiva ta’ Sirens ħekk kif għelbu lil Gżira 1-0. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara 6 minuti logħob meta outball li…

Futbol lokali

MAFA KAMPJONAT TAT-TIENI DIVIŻJONI 2019/2020 Gowl uniku ta’ Jamie Bowlby-Whiting kien biżżejjed sabiex San Ġiljan Saints ikomplu bir-rekord perfett tagħhom fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni wara rebħa fuq Mosta Vikings. Is-Saints qed…

Aktar