Futbol internazzjonali
Futbol: Il-kowċ Malti Jose Borg jibda bil-kbir ma’ FC Manitoba

Il-kowċ Malti Jose Borg beda bl-aqwa mod possibbli l-avventura tiegħu mat-tim Kanadiż ta’ FC Manitoba f’partita valida mill-Exhibition Summer Series. It-tim tiegħu għeleb lil Edmonton Soccer Club 4-2 f’waħda minn żewġ partiti kontra dan it-tim. L-eks plejer ta’ Tarxien Rainbows Michele Paolucci kien protagonista f’din il-partita hekk kif skorja doppjetta filwaqt li Damian Truong u Gharamadani żiedu l-iskor għat-tim li jinsab fiċ-ċentru tal-Kanada. Iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu kontra xulxin fl-1 t’Awwissu li ġej.
Jose Borg jinsab fl-ewwel esperjenza tiegħu jikkowċja barra minn Malta. Fil-passat il-kowċ ta’ 48 sena mexxa lil St Andrews, Tarxien Rainbows u Marsa FC.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'