Futbol internazzjonali
Futbol Ingliż: Manchester City viċin Ake

Bournemouth aċċettaw l-offerta ta’ 41 miljun lira sterlina ta’ Manchester City sabiex jakkwistaw il-firma tad-difensur ċentrali Nathan Ake. Bournemouth sfaw relegati għall-kampjonat The Championship u għalhekk se jkunu qed ineħħu xi plejers b’Ake jkun wieħed minnhom.
Ake hu ta’ nazzjonalita’ Olandiża u kien jagħmel parti mill-akkademja ta’ Chelsea qabel ma’ ngħaqad ma’ Bournemouth f’Ġunju 2017.
Min-naħa l-oħra dan hu akkwist siewi għat-tim immexxi minn Pep Guardiola speċjalment fil-qalba tad-difiża tat-tim minn Manchester.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Aktar