Tazza tad-Dinja 2018
Futbol internazzjonali: 15-il ġurnata ħabs talli niżlet fil-pitch fil-finali tat-Tazza tad-Dinja

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja.

Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd lebsien uniformi falza tal-Pulizija Russa.

L-Imħallef issospenda wkoll lil Veronika Nikulshina milli tattendi f’attivitajiet sportivi għat-tliet snin li ġejjin.

Il-Qorti mistennija tiddeċiedi dwar it-tliet membri l-oħra sa mhux aktar tard mit-Tnejn li ġej.

Fl-istadium għall-finali, il-Ħadd li għadda kien hemm preżenti l-President Russu Putin u l-President Franċiż Macron u l-President tal-Kroazja Kolinda Kitarovic.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-leaders tal-kampjonat Awstrijakk, LASK, ġew immultati €75,000 u tnaqqsulhom sitt punti wara li kissru l-Liġi tad-distanza waqt it-taħriġ. Il-kampjonat Awstrijakk se jkompli fit-2 ta’ Ġunju hekk kif jintemm il-lockdown fil-pajjiż….

Futbol internazzjonali

Gernot Rohr ħabbar li se jibqa’ kowċ tat-tim nazzjonali tan-Niġerja. Rohr wasal għal dan il-ftehim wara xhur ta’ negozjati mal-Federazzjoni tal-futbol tan-Niġerja. Il-federazzjoni kienet talbet lil Rohr iqatta’ aktar ħin…

Futbol internazzjonali

Il-midfielder ta’ Everton Jean-Philippe Gbamin se jkollu jdum barra għal sitt xhur wara injury fl-għarqub. Il-plejer ta’ 24 sena mill-Kosta tal-Avorju kien iffirma ma’ Everton mingħand Mainz għas-somma ta’ kważi…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Iskozja se tkun qed tikteb lill-Gvern Skoċċiż fis-sigħat li ġejjin u titolbu biex l-istaġun il-ġdid jibda fl-1 ta’ Awwissu. Il-Ministru tal-Isport fl-Iskozja, Joe Fitzpatrick, se jkun qed jiltaqa’…

Aktar