Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Antoine Griezmann se jħalli lill-Atlético fi tmiem l-istaġun

Il-Franċiż Antoine Griezmann ħabbar li ser jitlaq lill-Atlético Madrid wara l-aħħar logħba tal-istaġun. Atlético jtemmu l-impenji tagħhom f’La Liga nhar is-Sibt li ġej kontra Levante, bit-tim jispiċċa fit-tieni post tal-kampjonat wara Barcelona u quddiem Real Madrid.

F’video maħruġ mill-klabb fuq Twitter, Griezmann qal li kienu ħames snin inkredibbli u filwaqt li rringrazzja lil kulħadd saħaq li ser iżomm lill-Atlético f’qalbu. Griezmann, li llum għandu 28 sena, kien ingħaqad mat-tim ta’ Madrid mingħand Real Sociedad, u lagħab 252 logħba fejn fihom skorja 133 gowl.

Fix-xena internazzjonali, il-plejer lagħab 69 darba ma’ Les Bleus u fl-aħħar xhur kien hemm interess qawwi fih minn Barcelona u anke Manchester United. Għalkemm s’issa hemm biss spekulazzjonijiet, jidher li bħalissa l-aġent ta’ Griezmann qiegħed jisma’ diversi offerti minn klabbs kbar fl-Ewropa, bil-possibilità li l-plejer jitlaq minn Spanja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-klabb Taljan ta’ Fiorentina, ilbieraħ ippreżenta lill-plejer Franċiż Franck Ribery bħala l-akkwist il-ġdid tal-klabb. Waqt konferenza li saret apposta f’Firenze, l-ex plejer internazzjonali Franċiż qal li jinsab motivat għal din…

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Juventus Maurizio Sarri mhux se jkun fuq il-bank imexxi lit-tim għall-ewwel żewġ logħbiet tas-Serie A. Dan ġie mħabbar fuq is-sit uffiċjali tal-klabb wara li l-eks kowċ ta’ Napoli…

Futbol internazzjonali

Liverpool ħabbru li għandhom pjan ambizzjuż sabiex fis-snin li ġejjin ikabbru l-grawnd tagħhom Anfield Road. Wara li tliet snin ilu fetħu l-Main Stand tagħhom, issa hemm pjanijiet sabiex il-kapaċita’ tal-grawnd…

Aktar