X

Futbol internazzjonali: Antoine Griezmann viċin Barcelona

Antoine Griezmann, l-attakkant ta’ Atletico Madrid u tat-tim nazzjonali ta’ Franza, jinsab viċin li jingħaqad ma’ Barcelona.

Rapporti internazzjonali qed jgħidu li l-Katalani lesti jħallsu mal-€115-il miljun.

F’messaġġ personali li kiteb hu stess lill-partitarji ta’ Atletico Madrid, Griezmann qal li “dawn kienu ħames snin inkredibbli u rringrazzja lil kulħadd ta’ kollox u se jibqa’ jżomm lil kulħadd f’qalbu.”

Griezmann, 28 sena, ilu jissemma li jista’ jingħaqad ma’ Barcelona sa mill-istaġun li għadda.