Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Atalanta jiskurjaw erbgħa għand Empoli; West Ham jegħlbu lil Everton

Aktar partiti llum mill-kampjonat Taljan Serie A:

Atalanta jegħlbu lil Empoli barra minn darhom bi skor ta’ 4-1. Atalanta fil-vantaġġ b’gowl ta’ Ilicic wara 11-il minuta u l-istess plejer jirdoppja fis-26 minuta. Francesco jiksurja għal Empoli fit-30 minuta iżda auto goal ta’ Viti jagħmilhom 3-1 għall-Bergamaschi. Zapata jiskurja r-raba’ gowl minuta mit-tmiem.

Draw ta’ 2-2 bejn Genoa u Sassuolo fi Stadio Marassi. Vantaġġ doppju għal Sassuolo bil-gowls skurjati minn Scamacca fis-17 u l-20 minuta. Destro jiskurja għal Genoa fis-27 minuta u Vazques iġib id-draw fid-90 minuta għal Genoa.

Draw ta’ 1-1 bejn Udinese u Bologna. Bologna fil-vantaġġ b’gowl ta’ Barrow fis-67 minuta. Il-Friullani jġibu d-draw minn gowl ta’ Beto fit-83 minuta.

Kmieni fil-ġurnata, Cagliari jegħlbu f’darhom lil Sampdoria bi skor ta’ 3-1. Cagliari fil-vantaġġ kmieni b’gowl ta’ Pedro wara 4 minuti logħob. Caceres jirdoppja fl-74 minuta. Sampdoria jidħlu fil-partita b’gowl ta’ Thorsby fit-82 minuta iżda Cagliari jagħlqu l-partita minn gowl ieħor ta’ Pedro fl-94 minuta.

U fl-Ingilterra, West Ham jirbħu f’Goddison Park għand Everton bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jiskurjaħ Angelo Ogbonna fl-74 minuta.

Miktub minn...
TVM Sport