Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Bastian Schweinsteiger jirtira mill-futbol

Il-Ġermaniż Bastian Schweinsteiger ħabbar li qiegħed jiritra mill-futbol wara li ntemm l-istaġun tal-MLS fl-Istati Uniti. Schweinsteiger, li kien parti mit-tim Ġermaniż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2014, għandu 35 sena u f’dawn l-aħħar sentejn lagħab fl-MLS ma’ Chicago Fire.

F’karriera ta’ 17-il sena ta’ futbol professjonali, Bastian Schweinsteiger kien parti mit-tim ta’ Bayern Munich bejn l-2002 u l-2015, fejn magħhom rebaħ 8 darbiet il-Bundesliga, 7 darbiet it-Tazza Ġermaniża kif ukoll il-UEFA Champions League fl-2013. Fl-2015 huwa mexa għall-Ingilterra fejn ingħaqad mat-tim ta’ Manchester United, sakemm fl-2017 mar fl-Istati Uniti ma’ Chicago Fire.

Bastian Schweinsteiger kien ukoll parti integrali mit-tim nazzjonali Ġermaniż, tant li libes il-flokk ta’ pajjiżu 121 darba u skurja 24 gowl. Huwa rebaħ l-għola unur li joffri l-futbol meta rebaħ it-Tazza tad-Dinja ħames snin ilu fil-Brażil, meta l-Ġermanja għelbu lill-Arġentina 1-0 fil-finali.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-futbol tal-Bulgarija Borislav Mikhailov rrenżenja wara li qam furur dwar abbuż razzjali waqt il-logħba ta’ kwalifikazzjoni bejn il-Bulgarija u l-Ingilterra f’Sofia. Il-partita li ntrebħet mill-Ingilterra bl-iskor ta’ sitta…

Futbol internazzjonali

Illejla tiġi fi tmiemha ġurnata oħra tal-fażi tal-gruppi għall-UEFA Euro 2020, fejn jerġa’ jidħol fl-azzjoni t-tim nazzjonali Malti, b’logħba away kontra l-Gżejjer Faroe. Il-logħob tal-lejla huwa dan: GRUPP D 20:45…

Futbol internazzjonali

L-attakant tas-Senegal u ta’ Liverpool Sadio Mané tkellem dwar l-għajnuna li qiegħed jagħti lil pajjiżu u pajjiżi oħra Afrikani. F’intervista li kellu mal-kamra tal-aħbarijiet NsemWoha.com, Mané saħaq li għalih mhuwiex…

Aktar