Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Blatter f’koma artifiċjali wara operazzjoni f’qalbu.

Futbol Internazzjonali: L-eks president tal-FIFA Sepp Blatter għamel ġimgħa f’koma artifiċjali wara intervent f’qalbu li sarlu lejn l-aħħar tax-xahar l-ieħor. Bintu Corinne kienet qed titkellem ma’ stazzjon tat-televizjoni Zvizzeru fejn sostniet li dik li kienet tidher bħala operazzjoni normali spiċċat f’waħda kkumplikata hekk kif missierha ma bediex jirrispondi għall-mediċina li bdew ituh. Blatter, li għandu 84 sena, instab pozittiv għall-COVID-19 f’Novembru li għadda għalkemm deher li rkupra tajjeb.
Blatter għamel 17-il sena bħala president tal-FIFA u ġie sospiz wara akkuzi ta’ korruzzjoni meta kien imexxi l-akbar assoċjazzjoni tal-futbol fid-dinja.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'