Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Coutinho b’self għal staġun ma’ Bayern Munich

Il-plejer ta’ Barcelona, Philippe Coutinho, mistenni jiċċaqlaq u jmur sena b’self fil-Ġermanja ma’ Bayern Munich.

Din l-aħbar ikkonfermawha ċ-champions Spanjoli stess.

Ilbieraħ Coutinho vjaġġa mal-iskwadra f’Bilbao għall-ewwel partita tal-kampjonat li ċ-champions tilfuha b’gowl fl-aħħar minuta.

Madankollu, Coutinho tħalla barra mil-lista tat-tim.

Coutinho, ta’ 27 sena, ingħaqad ma’ Barcelona mingħand Liverpool is-sena l-oħra u f’76 partita mal-Katalani skurja 21 gowl.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Mil-lejla tibda l-fażi tal-gruppi tat-tieni l-aqwa kompetizzjoni Ewropea tal-futbol, il-UEFA Europa League. Bħalma għamel fl-aħħar staġuni, TVM Sport ser iżomm l-appuntament tiegħu li jxandar logħba diretta minn kull programm ta’…

Futbol internazzjonali

GRUPP A Club Brugge 0  Galatasary 0 Fil-Jan Breydel Stadium ta’ Brugge, it-tim Belġjan u Galatasary ħadu punt kull wieħed fl-ewwel logħba tal-grupp meta spiċċaw 0-0. Logħba bla wisq azzjonijiet…

Futbol internazzjonali

Donnu li aktar ma’ jmur aktar qiegħed ikompli joħroġ ċar li l-kowċ ta’ PSG Thomas Tuchel ma jridx lil Neymar Jr fit-tim tiegħu. Qabel il-logħba kontra Real Madrid fil-Le Parc…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Fernando Ricksen, ex plejer tal-klabb Skoċċiż, Rangers. Ricksen kellu 43 sena u kien ilu sitt snin jiġġieled marda kiefra li qabditu. Din l-aħbar għaluha uffiċjali klabb ta’…

Aktar