Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: David Moyes jinħatar Manager ta’ West Ham Utd

West Ham United ħatru lil David Moyes bħala l-manager il-ġdid tagħhom.

Din kienet it-tieni darba li Moyes inħatar Manager tal-klabb ta’ Londra.

Moyes ingħata kuntratt ta’ 18-il xahar u se jkun qed jibdel lil Manuel Pellegrini biex jgħin lit-tim jitla’ ‘l fuq fil-klassifika.

Ta’ 56 sena, Moyes se jkun qed jerġa’ jingħaqad ma’ West Ham wara l-2017 fejn kien diġà fil-kariga għal 6 xhur.

L-ewwel partita għall-Iskoċċiż se tkun dik ta’ għada kontra Bournemouth.

West Ham keċċew lil Pellegrini s-Sibt li għadda wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Leicester City.

Miktub minn...
TVM Sport