Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Diego Maradona bl-ewwel konferenza stampa tiegħu bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Dorados

Diego Maradona ta l-ewwel konferenza stampa tiegħu bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Dorados, il-klabb Messikan fit-tieni diviżjoni.

F’konferenza li saret f’Culiacan, Maradona qal li mhux se jkun qigħed kowċ biex jgħaddi ż-żmien jew bħala vaganza, iżda jinsab fil-Messiku biex jaħdem, jgħin lill-plejers tiegħu jirbħu u jagħmlu suċċess.

Maradona ta’ 57 sena rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Arġentina fl-1986 u għadu kkunsidrat bħala wieħed jew possibbilment l-aqwa plejer li qatt rat id-dinja tal-futbol.

Fl-aħħar snin, Maradona kellu problemi kbar ta’ droga u alkoħol u kien kważi tilef ħajtu fl-2000 minħabba overdose.

Maradona se jkun qed jagħmel id-debutt tiegħu bħala kowċ ma’ Dorados fil-15 ta’ Settembru fil-partita kontra Cafetaleros de Tapachula.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti llum. Fl-ewwel partita Wolves għelbu lil Burnley bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa jiskurjah Jimenez fil-61 minuta. Rebħa tajba għal West Ham barra minn darhom…

Futbol internazzjonali

Ir-raba’ rebħa minn erba’ għal Juventus li f’darhom għelbu lil Sassuolo bi skor ta’ 2-1, bl-ewwel żewġ gowls uffiċjali ta’ Cristiano Ronaldo bil-flokk iswed u abjad. Wara taqsima mingħajr gowls,…

Futbol internazzjonali

Futbol internazzjonali, Premier League Ingliż: Illum programm sħiħ mill-5 ġurnata tal-Kampjonat. Liverpool barra minn darhom għelbu lil Tottenham bi skor ta’ 2-1. Ir-Reds jiftħu l-iskor wara 39 minuta b’gowl ta’…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-Liberja u ex plejer ta’ Milan George Weah ta sorpriża lil ħafna ammiraturi tiegħu hekk kif irritorna fil-pitch u lagħab partita ta’ ħbiberija fl-età ta’ 52 sena. Il-Liberja lagħbet…

Aktar