X

Futbol internazzjonali: Diego Maradona bl-ewwel konferenza stampa tiegħu bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Dorados

Diego Maradona ta l-ewwel konferenza stampa tiegħu bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Dorados, il-klabb Messikan fit-tieni diviżjoni.

F’konferenza li saret f’Culiacan, Maradona qal li mhux se jkun qigħed kowċ biex jgħaddi ż-żmien jew bħala vaganza, iżda jinsab fil-Messiku biex jaħdem, jgħin lill-plejers tiegħu jirbħu u jagħmlu suċċess.

Maradona ta’ 57 sena rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Arġentina fl-1986 u għadu kkunsidrat bħala wieħed jew possibbilment l-aqwa plejer li qatt rat id-dinja tal-futbol.

Fl-aħħar snin, Maradona kellu problemi kbar ta’ droga u alkoħol u kien kważi tilef ħajtu fl-2000 minħabba overdose.

Maradona se jkun qed jagħmel id-debutt tiegħu bħala kowċ ma’ Dorados fil-15 ta’ Settembru fil-partita kontra Cafetaleros de Tapachula.