Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Diego Maradona jiltaqa’ mal-President tal-Arġentina Alberto Fernandez

Diego Maradona iltaqa’ mal-President tal-Arġentina Alberto Fernandez f’Casa Rosada fi Buenos Aires u reġa’ refgħa replika tat-Tazza tad-Dinja li kien rebaħ lura fl-1986 fil-Messiku. Maradona kien ħareġ bit-trofew f’idu fil-gallarija tal-palazz li tagħti għal Plaza de Mayo.

Fernandez hu partitarju tat-tim ta’ Argentinos Junios, il-klabb li kien iddebutta miegħu fil-karriera Maradona.

Ix-xahar li għadda, Maradona ddeċieda li jibqa’ kowċ ta’ Gumnasia Esgrima wara li iktar qabel kien iddeċieda li jirriżenja mill-kariga.

Maradona għadu idolu ta’ ħafna fid-dinja tal-futbol u meqjus minn ħafna bħala l-aqwa plejer tal-futbol ta’ kull żmien.

Miktub minn...
TVM Sport