Futbol internazzjonali
Futbol Internazzjonali: Gattuso mistenni jwettaq rivoluzzjoni fit-tim ta’ Napoli

Il-kowċ il-ġdid ta’ Napoli Gennaro Gattuso mistenni jwettaq rivoluzzjoni fis-sistema tattika tat-tim.

Rapporti Taljani jgħidu li Gattuso għandu ħsieb li jbiddel kompletament il-formazzjoni ta’ Napoli. Gattuso mistenni jġib bidla wkoll fil-ħsieb tat-tim, bidliet iebsin u diffiċli iżda neċessarji biex jinbidlu r-riżultati għal Napoli fil-kampjonat.

L-eks kowċ ta’ Milan u Palermo fost l-oħrajn mistenni jibni t-tim tiegħu madwar il-midfielder ta’ 28 sena Allan, b’Fabian Ruiz u Elmas ikunu jgħinuh f’nofs il-grawnd. L-attakk mistenni jkun magħmul minn Milik, Lozano u Zielinski.

Jidher li għalissa Gattuso m’għandux fil-pjanijiet tiegħu lil plejer ta’ esperjenza; Dries Mertens, José Callejón u Lorenzo Insigne, dawn iridu juruh waqt it-taħriġ x’kapaċi joffru sabiex ikunu nklużi mal-ewwel ħdax.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-UEFA pposponiet il-kompetizzjonijiet kollha tagħha għall-clubs u t-timijiet nazzjonali sakemm toħroġ avviż ieħor. Dan ifisser li kemm il-UEFA Champions League u l-Europa League, kif ukoll il-playoffs ta’ Ġunju għall-UEFA Euro…

Futbol internazzjonali

Il-klabbs il-kbar ta’ Londra ġew mitluba jgħinu lis-servizzi tas-saħħa fil-belt lil dawk li jinsabu nfettati bil-coronavirus. Dan qalu s-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan. Khan kiteb lill-klabbs ta’ Arsenal, Chelsea, Crystal…

Futbol internazzjonali

Iċ-Champions tal-Italja, Juventus huma interessati fis-servizzi tal-plejer Brażiljan ta’ Chelsea Willian. L-istorja ġiet żvelata kemm fl-Italja u anki fl-Ingilterra. Jekk dan it-trasferiment iseħħ, ikun ifisser li Willian reġa’ ngħaqad mal-ex…

Futbol internazzjonali

Ħallelien li għadhom mhux magħrufa daħlu fil-villa ta’ Ashley Cole f’Londra u rabtuh ma’ siġġu u heddewh sakemm serqu kull ma sabu jgħodd għalihom. Il-gazzetta ‘The Sun’ fl-Ingilterra qed tirraporta…

Aktar