Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: George Weah lura f’partita ta’ ħbiberija mal-Liberja

Il-President tal-Liberja u ex plejer ta’ Milan George Weah ta sorpriża lil ħafna ammiraturi tiegħu hekk kif irritorna fil-pitch u lagħab partita ta’ ħbiberija fl-età ta’ 52 sena. Il-Liberja lagħbet partita ta’ ħbiberija kontra n-Niġerja u tilfet bl-iskor ta’ 2-1.

Il-Liberja kienu ftehmu fuq din il-partita ta’ ħbiberija biex jirtiraw il-flokk numru 14 li Weah kien jilbes fi żmienhu iżda wara l-ikbar sorpriża kienet meta Weah infurmahom li xtaq jilgħab din il-partita wara 16-il sena nieqes.

Weah ġie sostitwiet fid-79 minuta u ngħata ċapċipa kbira mill-partitarji kollha li kienu preżenti.

Weah kellu karriera kbira fil-futbol mal-klabbs ta’ Monaco, Paris St Germain, Marseille u Milan. Hu temm il-karriera fl-Ingilterra fejn lagħab l-aħħar ma’ Manchester City u Chelsea.

Fl-1995, Weah rebaħ l-unur tal-Footballer of the Year.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fid-derby ta’ Manchester il-Ħadd li għadda, kienu ħafna li tkellmu dwar kif il-maniġer Pep Guardiola beda b’seba’ plejers li xtara hu stess kemm ilu mal-klabb, filwaqt li Jose Mourinho għażel…

Futbol internazzjonali

Kienet lejla li żgur irid jinsa malajr dik tal-Ħadd li għadda, għaliex għal Gonzalo Higuain l-affarijiet ma setgħux imorru aktar ħażin milli marru. Bħalissa Higuain jinsab ma’ Milan, b’sena self…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol aċċettat l-ingaġġ permanenti ta’ Santiago Solari bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Real Madrid. Minn mindu ħa lit-tim f’idejh l-Arġentin, Real irnexxilhom jirbħu l-erba’ logħbiet li lagħbu fi żmien…

Futbol internazzjonali

Real Madrid mistennija jaħtru lil Santiago Solari bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom. L-Assoċjazzjoni Spanjola qalet li kienet irċiviet il-kuntratt ta’ Solari mil-La Liga, iżda ma kien hemm l-ebda stqarrija uffiċjali tal-klabb…

Aktar