Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Gianfranco Zola kkonfermat assistent ta’ Sarri

L-ex plejer ta’ Chelsea Gianfranco Zola irritorna mal-ex klabb tiegħu f’Londra bħala assistant manager ta’ Maurizio Sarri.

Zola kien għamel seba’ snin jilgħab fi Stambford Bridge fejn skorja 80 gowl u għen lil Chelsea jirbħu żewġ FA Cups, it-Tazza tat-Tazzi, UEFA Super Cup u l-League Cup.

Chelsea hu meqjus mill-partitarji ta’ Chelsea bħala wieħed mill-aqwa plejers li kellu l-klabb ta’ kull żmien.

Hu qal li qed iħares b’ottimiżmu kbir biex jibda din l-avventura ma’ Sarri.

Sarri ħa post Antonio Conte li tneħħa mill-kariga wara li t-tim naqas li jikkwalifika għall-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej.

FIl-passat, Zola kkowċja lil West Ham United, Watford u lil Cagliari fis-Serie A.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Champions League Riżultati minn Match day 6 Grupp A Club Brugge 0 – 0 Atletico Madrid – Jan Breydel Stadion Monaco 0 – 2 Borussia Dortmund – Stade Louis…

Futbol internazzjonali

F’Nyon ittelgħu l-poloz tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għal-kampjonat ewropew tal-Under 21 tas-sena 2021. It-Team Nazzjonali Malta ttella’ bil-polza sabiex jilgħab fi Grupp 8 flimkien mad-Danimarka, r-Rumanija, l-Ukrajna, l-Finlandja u l-Irlanda ta’…

Futbol internazzjonali

F’Goodison Park, Everton u Watford ħadu punt kull wieħed meta spiċċaw fi dro ta’ 2-2. Kienet logħba li baqgħet indeċiża sal-aħħar u kienu Everton li sabu x-xibka l-ewwel permezz ta’…

Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Fadal biss 4 postijiet x’jimtlew sabiex ikollna l-kwadru komplet tar-Round tas-16, u għal dawk l-4 postijiet hemm 7 timijiet…

Aktar