Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Il-Federazzjoni tal-futbol fil-Brażil tinawgura statwa tal-leġġenda Pele

Il-Federazzjoni tal-futbol fil-Brażil inawgurat statwa tal-leġġenda Pele fil-kwartieri tagħhom.

Din l-istatwa hi waħda minn sensiela ta’ avvenimanti li l-federazzjoni se tkun qed tiċċelebra l-50 anniversarju bihom f’Ġunju li ġej.

Pele, li se jagħlaq 80 sena f’Ottubru li ġej, ingħata trofew kommemorattiv ta’ din l-okkażjoni.

F’kelmtejn li ta, il-leġġenda Brażiljana iffoka id-diskors tiegħu fuq it-Tazza tad-Dinja tal-1970, li ntrebħet minn Pele u sħabu.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-plejers Jaizinjo, Clodoaldo u Dada li kienu fit-tim ma’ Pele f’dik is-sena.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kyle Walker se jkun qed jiffaċċja passi dixxipplianri mill-klabb tiegħu Manchester City wara li kiser il-Liġi tad-distanza. Walker inqabad jagħmel festin id-dar tiegħu fil-jiem li għaddew fejn stieden lil sieħbu…

Futbol internazzjonali

L-ex captain tal-Ingilterra Wayne Rooney qal li l-pressjoni li qed jitfa’ l-pubblika fuq il-plejers professjonali biex jaqtgħu mis-salarji tagħhom hi xi ħaġa tal-mistħija. Rooney qal dan f’intervista mas-Sunday Times ta’…

Futbol internazzjonali

Hendrik Almstadt se jinħatar Direttur Tekniku ta’ AC Milan mill-istaġun li ġej. Hu se jkun qed jieħu post l-ex plejer u leġġenda ta’ AC Milan Paolo Maldini. Fil-passat, Hendrik Almstadt…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li l-kampjonati u l-partiti tat-Tazzi Ewropej iridu jintemmu sat-3 ta’ Awwissu. Ceferin ta din id-data li wisq probabbli se tkun id-data tal-finali tal-UEFA Champions League…

Aktar