Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Il-leġġendarju Pele ma jridx joħroġ mid-dar minħabba saħħtu

It-tliet darbiet rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, Edson Arantes Do Nascimento Pele, ma jridx joħroġ mid-dar minħabba li ma jistax jimxi sew u mingħajr l-għajnuna ta’ ħaddieħor.

Din l-aħbar żvelaha ibnu stess, Edinho, f’intervista li ta lil TV Globo.

“Immaġinaw, dejjem kien meqjus ir-rè. Dejjem kien figura bi preżenza qawwija kull fejn jidher, u llum spiċċa ma jistax jimxi sew,” qal iben Pele.

“Qed iħossu imbarazzat. Ma jridx joħroġ mid-dar u ma jridx jidher aktar jew jagħmel affarijiet li bihom ikollu joħroġ minn bieb il-barra,” ikkonkluda Edinho.

Pele, ta’ 79 sena, kien ġie operat f’saqajh ftit taż-żmien ilu u minn dakinhar, qatt ma reġa’ mexa jekk mhux bl-għajnuna ta’ xi ħadd jew saħansitra fuq siġġu tar-roti.

Pele skurja rekord ta’ 1,281 gowls fil-karriera f’1,363 partita. Hu dam jilgħab 21 sena.

Mat-tim nazzjonali Brażiljan, Pele skurja 77 gowl f’91 partita.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Futbol internazzjonali

Juergen Klinsmann irriżenja minn kowċ ta’ Hertha Berlin wara 10 ġimgħat biss minn meta nħatar. Klinsmann qal li kemm ilu fil-kariga sab nuqqas ta’ appoġġ u fiduċja. L-ex Champion tad-Dinja…

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Programm ta’ partiti llum wara nofsinhar. Napoli maħsuda f’darhom meta tiflu kontra Lecce bi skor ta’ 3-2. Lecce fil-vantaġġ b’gowl ta’ Lapadula fid-29 minuta. Napoli jġibu…

Aktar