Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin mhux kontestat u mistenni jibqa’ fil-kariga tal-UEFA tal-inqas għal terminu ieħor

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin mistenni jibqa’ fil-kariga tal-UEFA tal-inqas għal terminu ieħor hekk kif issa hu kkonfermat li mhux se jkun ikkontestat għal din il-kariga.

Il-vot għal eżekuttiv tal-UEFA mistenni jittieħed fi Frar li ġej f’elezzjoni li ssir fost l-Assoċjazzjonijiet membri kollha tal-Ewropa.

Ceferin ta’ 51 sena hu Avukat mis-Slovenja, u kien elett President tal-UEFA fl-2016 billi rebaħ f-elezzjoni lill-Olandiż Michael van Praag.

L-elezzjoni kienet waslet wara li l-ex President Michel Platini ġie sospiż mill-Kumitat tal-etika tal-FIFA minħabba vjolazzjonijiet li wettaq.

L-elezzjoni li se jkun hemm fil-UEFA hi dik għal min se jimla s-siġġu tal-Viċi President li se jkun rappreżentant fil-FIFA bi Greg Clarke mill-Federazzjoni tal-Ingilterra li se jikkontesta lil David Martin mill-Federazzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq.

L-elezzjoni ssir fis-7 ta’ Frar li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Slovan Bratislava tas-Slovakkja u Zbrojovka Brno tar-Repubblika Ċeka se jikkontestaw il-finali tal-ewwel edizzjoni tat-TipSport Malta Cup nhar it-Tnejn li ġej fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali. Fis-semifinali tal-lum Slovan għelbu lit-team tas-Superliga…

Futbol internazzjonali

Partita drammatika bl-eroj tal-ġurnata ma jkun ħadd għajr il-plejer Portugiż ta’ Wolves Diogo Jota . Wolves daħlu jistrieħu b’żewġ gowls minn fuq bi Diogo Jota jsib ix-xibka wara erba’ minuti…

Futbol internazzjonali

Iċ-champions tax-xitwa tas-Slovakkja u tliet timijiet mir-Repubblika Ċeka jinsabu Malta biex jilagħbu tournament kwadrangulari għat-Tipsport Malta Cup. Is-Slovakki ta’ Slovan Bratislava: u Mlada Boleslav, bħalissa fl-għaxar post fis-Superliga Ċeka, flimkien…

Futbol internazzjonali

Gianluigi Buffon, il-gowlkiper ta’ Parsi St Germain, qal li xtaq jibqa’ ma’ Juventus biex ikun jista’ jilgħab ma’ Cristiano Ronaldo iżda d-destin ried mod ieħor. Buffon qal dan f’intevista li…

Aktar