X

Futbol internazzjonali: Imut Billy McNeill, ex captain ta’ Celtic

Billy McNeill, ex captain ta’ Celtic u l-ewwel Brittaniku li għolla t-Tazza Ewropea, miet fl-età ta’ 79 sena.

McNeill mexxa lil Celtic fil-finali tal l-1967 meta dakinhar għelbu lil Inter tal-Italja bi skor ta’ 2-1.

Hu kien captain ta’ Celtic meta rebħa disa’ kampjonati wara xulxin, 7 Tazzi Skoċċiżi u sitt League Cups.

McNeill kien ilu jbati mid-dimensia sa mill-2010.

Il-klabb ta’ Celtic, fi stqarrija qalu li McNeill miet it-Tnejn filgħaxija, mdawwar mal-familjari tiegħu.

McNeill twieled f’Bellshill, f’North Lanarkshire u lagħab aktar minn 800 partita ma’ Celtic.