Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Imut Gordon Banks, il-gowlkiper Champion tad-Dinja mal-Ingilterra fl-1966

Gordon Banks, l-ex gowlkiper tat-tim nazzjonali tal-Ingilterra, miet fis-sgħat li għaddew.

Banks kien il-gowlkiper fl-uniku Tazza tad-Dinja li rebħu l-Ingilterra fl-Istorja fl-1966.

Gordon Banks kellu 88 sena u jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-aqwa gowlkipers fl-Istorja ta’ kull żmien.

Banks rebaħ l-unur tal-FIFA Goalkeeper of the Year għal sitt darbiet fil-karriera tiegħu u lagħab 73 darba bil-flokk tat-tim nazzjonali tiegħu.

Hu jibqa’ mfakkar għas-save kbir li kien għamel kontra l-Brażil lil Pele, fit-Tazza tad-Dinja tal-1970.

Gordon Banks twieled f’Sheffield u fil-karriera tiegħu rebaħ il-League Cup ma’ Stoke City u Leceister City qabel irtira mill-karriera fl-1973.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti…

Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…

Aktar