Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Infantino jgħid li l-VAR daħlet biex tibqa’

Gianni Infantino, President tal-FIFA, qal lill-kowċis minn madwar id-dinja kollha li l-VAR li ġiet introdotta fit-Tazza tad-Dinja li għaddiet se tibqa’ tintuża fil-kompetizzjonijiet futuri tal-FIFA fis-snin li ġejjin.

Infantino kien qed jitkellem fl-ewwel dfiskors tal-ftuħ tal-FIFA Football Conference ta’ dalgħodu.

Il-President tal-FIFA qal li l-VAR li naqset il-logħob irregolari u għenet ħafna lir-referees.

Il-konferenza bdiet tinżamm f’Londra qabel ma’ għada t-Tnejn jitħabbru l-FIFA Best Awards u fis-sala kien hemm kowċis bħal Didier Deschamps, Gareth Southgate u Joachim Loew.

Infantino qal li l-FIFA għad trid tagħmel ħafna aktar biex tkompli tiżviluppa l-futbol fl-Amerika t’Isfel, fl-Asja u fl-Afrika.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…

Futbol internazzjonali

Illejla tibda s-27 ġurnata tal-Kampjonat Premier Ingliż b’żewġ logħbiet li t-tnejn jibdew fid-20:45. Fil-Cardiff City Stadium, Cardiff jilqgħu lil Watford filwaqt li fl-Olympic Stadium ta’ Londra, West Ham jilagħbu kontra…

Aktar