Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Inter jiddominaw lil Milan u jirbħu d-derby bi tliet gowls mingħajr risposta

Futbol internazzjonali: Kampjonat Taljan Serie A u Premier League Ingliż, diversi partiti li ntlagħbu kmieni llum wara nofsinhar.

Inter jirbħu d-Derby Della Madonnina meta ddominaw għal ħafna mill-ħin lil Milan u skurjaw tliet darbiet mingħajr risposta. In-Nerazzurri fil-vantaġġ b’gowl ta’ Lautaro martinex wara 5 minuti logħob. Inter jirduppjaw b’gowl ieħor ta’ Martinez fis-57 minuta. Inter jagħqlu l-partita bit-tielet gowl skurjat minn Romelu Lukaku fis-66 minuta.

Draw ta’ 2-2 fi Stadio Tardini bejn Parma u Udinese. Vantaġġ doppju għal Parma bil-gowls skurjati minn Cornelius fit-tielet minuta u penalty ta’ Kucka fit-32 minuta. Udinese jidħlu fil-partita b’gowl ta’ Okaka fl-64 minuta u Nuythink iġib id-draw fit-80 minuta.

West Ham jegħlbu lil Tottenham f’partita bejn żewġ timijiet ta’ londra. Il-Hammers fil-vantaġġ wara ħames minuti logħob b’gowl ta’ Antonio u rduppjaw b’gowl ta’ Lingard ftit minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima. Tottenham jiskurjaw il-gowl tagħhom fl-64 minuta permezz ta’ Lucas.

Leicester City jegħlbu lil Aston Villa barra minn darhom bi skor ta’ 2-1. Il-Foxes fil-vantaġġ b’gowl ta’ James Maddison wara 19-il minuta logħob u Harvey Barnes irdoppja 4 minuti wara. Aston Villa skurjaw il-gowl tagħhom minn Bertrand Traore fit-48 minuta.

Miktub minn...
TVM Sport