Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Ir-Repubblika Ċeka jegħlbu lill-Ingilterra b’gowl fl-aħħar ħames minuti

Diversi partiti ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonat Ewropew 2020 li ntlagħbu lbieraħ filgħaxija minn madwar l-Ewropa.

Tispikka fost l-oħrajn it-telfa fi Grupp A tal-Ingilterra fir-Repubblika Ċeka. L-Ingliżi fil-vantaġġ wara ħames minuti minn penalty ta’ Harry Kane. Iċ-Ċeki jġibu l-iskor indaqs erba’ minuti wara minn Brabec. Ondrasek jiskurja l-gowl tar-rebħa għalihom fil-85 minuta.

Mill-istess grupp draw ta’ mingħajr gowls bejn il-Montenegro u l-Bulgarija.

Fi Grupp B, il-Portugall jegħlbu lil-Lussemburgu bi skor ta’ 3-0 u l-Ukrajna jegħlbu lil-Litwanja bi skor ta’ 2-0.

Fi Grupp Ċ, tliet skors identiċi ta’ 1-0; rebħa tal-Andorra f’darhom kontra Moldova; ta’ Franza fl-Iżlanda u tat-Turkija f’darhom kontra l-Albanija.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Stadio Renato Dall’Ara se jiġi mmodernizzat mis-sena d-dieħla. L-istadium hu proprjetà tal-klabb ta’ Bologna fejn it-tim tas-Serie A jilgħab il-partiti f’daru. Bologna ħabbru li ntlaħaq ftehim mal-Credito Sportivo dwar l-immodernizzar…

Futbol internazzjonali

L-ex difensur ta’ Manchester United u l-Olanda, Jaap Stam, inħatar kowċ ta’ FC Cincinnati. Stam iffirma mal-klabb tal-Major League Soccer il-Ħamis filgħaxija. Kien il-klabb stess li ħabbar dan permezz ta’…

Futbol internazzjonali

Plejer ta’ Bournemouth, li ismu għadu ma ssemmix, hu wieħed mill-aħħar żewġ każi ta’ persuni li nstabu pożittiv għall-coronavirus. S’issa, fil-Premier League Ingliż, instabu total ta’ 8 persuni li ttestjaw…

Futbol internazzjonali

L-Italja rebħet l-ewwel tournament tal-UEFA eEURO 2020. Dan it-tournament inawgurali sar biex jieħu post l-EURO 2020 li suppost kellha tibda fl-ewwel jiem ta’ Ġunju li ġej. Il-finali kienet fuq ħames…

Aktar