Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Jirriżenja Hallgrimsson, il-kowċ nazzjonali tal-Iżlanda

Heimer Hallgrimsson irriżenja minn kowċ nazzjonali tal-Iżlanda wara 7 snin. Din l-aħbar kienet ikkonfermata mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Iżlanda.

Il-kowċ ta’ 51 sena mexxa lit-tim Iżlandiż għall-ewwel tazza tad-dinja fl-istorja tal-pajjiż fejn ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi.

Il-Federazzjoni Iżlandiża kkonfermat li Hallgrimsson waqaf minn jheddu.

Hallgrimson kien kowċ ma’ Lars Lagerback meta l-Iżlanda waslu sal-kwarti tal-finali fil-kampjonat Ewrope 2016 b’rebħa kontra l-Ingilterra.

L-aħħar riżultat ta’ storja kbira tal-Iżlanda u Hallgrimsson kien id-draw ta’ 1-1 fit-tazza tad-dinja kontra l-Arġentina.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-Eks Captain internazzjonali ingliż David Beckham se jkun mogħti l-UEFA President’s Award għas-sena 2018 bħala rikonoxximent mhux biss għall-karriera professjonali tiegħu bħala player iżda wkoll għall-impenn umanitarju li daħal għalih….

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, Luka Modric u Mohamed Salah, huma t-tliet finalisti għall-unur tal-Plejer tas-Sena 2018 tal-UEFA. Il-lista finali tal-aħħar tliet plejers ivvutaw għaliha l-kowċis nazzjonali kollha minn madwar l-Ewropa. Cristiano Ronaldo…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2018/19 Riżultati tal-Ħadd Burnley 1 – 3 Watford Manchester City 6 – 1 Huddersfield Town Brighton & Hove Albion 3 – 2 Manchester United

Futbol internazzjonali

Il-FIFA tat ultimatum ta’ 24 siegħa lill-Federazzjoni tan-Niġerja sabiex tistabilixxi lura s-serenita’ u t-tmexxija demokratika fil-Federazzjoni tal-football tagħha. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat grupp ta’ amministraturi li kienu qed jopponu…

Aktar