Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Jurgen Klopp jgħid li Liverpool tilfu kontra Wolves minħabba r-riħ

Jurgen Klopp, il-Manager ta’ Liverpool, qal li r-riħ qawwi li kien hemm waqt il-partita tal-FA Cup kontra Wolves, ikkundizzjona r-riżultat u kien minħabba f’hekk li Liverpool tilfu u sfaw eliminati.

It-Tnejn li għadda, ir-Reds tilfu bi skor ta’ 2-1, fit-tielet rawnd tal-kompetizzjoni, fil-Molineux Stadium.

Klopp qal li kellu diversi plejers b’injuries u li kellu jserraħ ukoll lil xi wħud iżda r-riħ qawwi u t-temp ikraħ ta’ Wolverhampton għamel differenza kbira.

“Ir-riħ m’għenx lill-plejers tiegħi. Ma setgħux jikkontrollaw il-ballun sew,” qal Klopp.

Dan il-kumment qed jittieħed b’mod sarkastiku għall-aħħar tant li din l-istorja qed tingħata priorità fis-siti internazzjonali, speċjalment dawk fl-Ingilterra.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kampjonat Premier Ingliż 2019/20 Riżultati tal-Ħadd AFC Bournemouth 1 – 3 Manchester City Tottenham Hotspur 0 – 1 Newcastle United Wolverhampton Wanderers 1 – 1 Burnley

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A l-bieraħ filgħaxija wara li Juventus rebħu 1-0 kontra Parma, aktar tard daħlu fl-azzjoni Fiorentina u Napoli rebħa hawn ta’ 4-3 għal Napoli. Il-Viola fil-vantaġġ minn penalty ta’ Erick…

Futbol internazzjonali

Bundesliga, fost il-logħbiet tal-bieraħ mit-tieni ġurnata tispikka r-rebħa ta’ 3-0 ta’ Bayern Munich barra minn darhom għand Shalke fil-VELTINS-Arena. Il-protagonista għal Bayern Munich f’dan il-konfront kien Robert Levandovski li skorja…

Aktar