Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: Juventus b’rebħa oħra kontra Sampdoria; Arsenal b’wirja kbira f’darhom kontra Tottenham

Diversi partiti li ntlagħbu kmieni fil-ġurnata mill-kampjonat Taljan Serie A u partita kmieni li ntlagħbet ukoll mill-Premier League Ingliż.

Juventus f’darhom jegħlbu lil Sampdoria bl-iskor ta’ 3-2 fil-partita li ntlagħbet kmieni fil-ġurnata. Il-Bianconeri fil-vantaġġ b’gowl ta’ Paolo Dybala fl-10 minuta. Huma rduppjaw b’gowl ta’ Bonucci minn penalty fit-43 minuta. Iżda minuta wara, Yoshida jerġa jdaħħal lil Bologna fil-partita. Locatelli jerġa’ jiskurja għal Juventus fis-57 minuta u Candreva jiskurja għal Sampdoria biex għamel l-iskor finali 3-2.

Fiorentina għelbu lil Udinese barra minn darhom bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jiskurjaħ Vlahovic minn penalty fis-16-il minuta.

Sassuolo għelbu f’darhom lil Salernitana bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jiskurjaħ Daniele Berardi fl-54 minuta.

Empoli jegħlbu f’darhom lil Bologna bi skor ta’ 4-2. Empoli fil-vantaġġ wara minuta minn auto goal ta’ Bonifazi. Barrow iġib id-draw għal Bologna fil-11-il minuta. Pinamonti jerġa jiskurja għal Empoli fit-32 minuta. Fl-54 minuta Bajrami jagħmilhom 3-1 għal Empoli sakemm Arnautovic jagħmilhom 3-2 fis-77 minuta. Empoli jassiguraw mir-rebħa u t-tliet punti b’gowl ieħor ta’ Ricci fid-90 minuta.

U mill-Premier League Ingliż, derby ieħor, dak ta’ Londra bejn Arsenal u Tottenham li ntlagħab tard illejla. Rebħa konvinċenti għall-Gunners f’darhom bi skor ta’ 3-1. Arsenal fil-vantaġġ b’gowl ta’ Smith-Rowe wara 12-il minuta. Patrick Aubumayang jagħmilhom 2-0 fit-28 minuta. Fl-34 minuta, Arsenal jiskurjaw anki t-tielet gowl permezz ta’ Saka. Tottenham Hotspur inaqqsu d-distakk fid-79 minuta b’gowl ta’ Min Son.

U f’partita li ntlagħbet kmieni fl-Ingilterra, Wolves jegħlbu lil Southampton barra minn darhom bi skor ta’ 1-0. Jimenez jiskurja l-gowl tal-partita fil-61 minuta.

Miktub minn...
TVM Sport