X

Futbol internazzjonali: Karel Jarolim, il-kowċ nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, jirriżenja mill-kariga tiegħu

Karel Jarolim, il-kowċ nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, irriżenja mill-kariga tiegħu, wara qbil mal-istess Assoċjazzjoni tiegħu.

L-aħbar għamluha uffiċjali l-Assoċjazzjoni tar-Repubblika Ċeka permezz tal-profil uffiċjali fuq twitter.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara t-telfa fir-Repubblika Ċeka kontra l-Ukrajna bl-iskor ta’ 2-1, it-Tnejn li għadda. Ir-Repubblika Ċeka reġa’ kellha telfa kbira t-Tnejn li għadda kontra r-Russja f’partita ta’ ħbiberija bl-iskor ta’ 5-1.

L-Assoċjazzjoni qalet li se tkun qed tiltaqa’ ma’ dawk li jistgħu jmexxu lit-tim nazzjonali Ċek fil-jiem li ġejjin.

Jarolim kien appuntat kowċ f’Lulju 2016.