Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: L-ebda sospensjoni għal Ronaldo…Il-UEFA tordnalu jħallas multa ta’ €20,000

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC, ġie ordnat mill-UEFA iħallas multa ta’ €20,000 wara l-ġesti li għamel lejn il-partitarji ta’ Atletico Madrid fil-partita ta’ ritorn tat-tieni rawnd.

Juventus għelbu lil Atletico Madrid fil-Juventus Stadium bi skor ta’ 3-0 u dawru r-riżultat ta’ 2-0 li tilfu bih fil-Wanda Metropolitana ta’ Madrid.

Il-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-UEFA ordna lil Ronaldo jħallas l-istess ammont ta’ multa li waħel Diego Simeone fl-ewwel rawnd meta għamel kważi l-istess ġesti.

Għaldaqstant, il-Portugiż se jkun qed jilgħab il-partita li jmiss mill-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League li Juventus imisshom jilagħbu f’Amsterdam kontra Ajax.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Serie A 2019/20 Riżultati tat-3 ġurnata Genoa 1 – 2 Atalanta Brescia 3 – 4 Bologna Parma 1 – 3 Cagliari Spal 2 – 1 Lazio AS Roma 4 – 2 Sassuolo

Futbol internazzjonali

KAMPJONAT PREMIER INGLIŻ Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Premier Ingliż, Norwich City ħasdu għal kollox liċ-champions Manchester City billi rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat għas-Citizens. Norwich stabilixxew vantaġġ…

Futbol internazzjonali

Fit-23 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej li saret f’Ġinevra, l-klabbs insistew fit-talba tagħhom biex ikun hemm riforma fil-kompetizzjonijiet ewropej. Il-proposta ppjanat li tibda fis-sena 2024 tinkludi l-formazzjoni ta’ tliet…

Futbol internazzjonali

Il-bieraħ komplew jintlagħbu aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tal-Ewropa 2020 fejn il-Ġermanja kisbu rebħa importanti kontra l-Irlanda ta’ Fuq filwaqt li mill-istess Grupp l-Olanda komplew għaddejjin bir-rebħ. Dawn kienu r-riżultati…

Aktar