Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: L-ewwel rebħa ta’ Maradona ma’ Dorados fil-Messiku

L-istilla Arġentina Diego Maradona kellu l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet wara li t-tim tiegħu Messikan Dorados ħa l-ewwel rebħa fil-kampjonat kontra Cafetaleros de Tapachula bi skor ta’ 4-1.

Maradona qal li s’issa kemm hu u kemm il-plejers tiegħu għadhom ma rebħu xejn u li dan kien biss il-bidu ta’ skwadra li għad trid tikber u timmatura fil-logħob tagħha.

L-ex plejer ta’ Barcelona, Napoli u l-Arġentina, li llum għandu 57 sena, kien diġà kkowċja fl-Emirati Għarab Magħquda u lit-tim nazzjonali tal-Arġentina fit-Tazza tad-Dinja tal-Afrika t’Isfel fl-2010.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Diego Simeone, il-kowċ ta’ Atletico Madrid, ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb sas-sena 2022. Din l-aħbar għamilha uffiċjali l-klabb stess ilbieraħ. Dan ifisser li Simeone se jkun qed jagħmel 10 snin fit-tmexxija…

Futbol internazzjonali

Referee tal-kampjonat Taljan Serie A jitħallas €3,800 kull partita. Din l-informazzjoni u aktar ħarġet illum fil-gazzetta sportiva Taljana, ‘Corriere Dello Sport’. Dan ifisser li referee Malti li fil-Kampjonat BOV Premier…

Futbol internazzjonali

Fl-Europa League telfa xejn mistennija għal Arsenal li kienu megħluba 1-0 minn BATE Borisov bil-gowl rebbieħ skorjat minn Dragun b’daqqa ta’ ras li għelbet lil Cech. Lejn tmiem il-logħba Arsenal…

Futbol internazzjonali

Illejla, mill-UEFA Europa League jkompli r-Round tat-32 wara logħba waħda li ntlagħbet nhar it-Tlieta li għadda fejn Fenerbahce għelbu liz-Zenit St Petersburg bl-iskor ta’ 1-0. Il-logħba bejn it-tim ta’ Malmo…

Aktar