Futbol internazzjonali
Futbol internazzjonali: L-ishma ta’ Juventus FC jieħdu daqqa kbira l-isfel wara l-eliminazzjoni mill-UCL

Wara l-eliminazzjoni tal-bieraħ filgħaxija tat-tim ta’ Juventus mill-UEFA Champions League, l-ishma tal-klabb ħadu daqqa kbira l-isfel.

Fit-8.30am ta’ dalgħodu, l-ishma ta’ Juventus niżlu b’16.15% minn €1.4150 għal €1.275.

Għall-kuntrarju, l-ishma tal-klabb Olandiż Ajax, laħqu rekord inkredibbli fl-avvanzi tagħhom.

L-ishma ta’ Ajax telgħu bi 8.45% għal €1.4500.

Ajax kwalifikaw għas-semifinali tal-UEFA Champions League u kienu ilhom ma jagħmlu dan mill-istaġun 1996/97.

Ajax għelbu lil Juventus 2-1 f’Turin ilbieraħ filgħaxija biex avvanzaw għas-semifinali tal-kompetizzjoni.

Huma jilagħbu kontra min se jikkwalifika llejla bejn Manchester City u Tottenham Hotspur.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-captain t’Ajax, Matthijs de Ligt, it-Tlieta filgħaxija wasal Turin sabiex jagħmel it-test mediku qabel jiffirma ma’ Juventus għas-somma ta’ €75 miljun. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li wassal lil Ajax sas-semifinali…

Futbol internazzjonali

Skont rapporti li ħerġin mill-media Ingliża u Spanjola, id-difensur ta’ Tottenham Hotspur Kieran Trippier ser jingħaqad m’Atlético Madrid. Skont id-Daily Telegraph, Trippier diġa’ jinsab fil-kapitali Spanjola sabiex jiftiehem it-termini tal-kuntratt…

Futbol internazzjonali

Illum jibda l-kampjonat Ewropew tan-Nisa ta’ taħt id-19-il sena li se jsir fl-Iskozja. Fi Grupp A hemm l-Iskozja, l-Olanda, in-Norveġja u Franza. Fi Grupp B hemm l-Ingilterra, il-Belġju, Spanja u…

Futbol internazzjonali

Jista’ jkun li fl-aħħar mill-aħħar il-goalkeeper Spanjol ta’ Manchester United David De Gea ser jibqa’ f’Old Trafford. Wara xhur sħaħ ta’ spekulazzjoni dwar il-futur tal-goalkeeper Spanjol, il-manager Ole Gunnar Solksjaer…

Aktar